Ċiklist Ta’ 13-Il Sena Jsofri Minn Ġrieħi F’Inċident F’Ħal Luqa
Ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Qormi, Ħal Luqa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Vitz li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 25 sena residenti Ħaż-Żabbar u rota misjuqa minn ġuvnott ta’ 13-il sena, residenti Ħal Luqa stess.
Huwa ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.