Ċiklista Weġgħet Gravi Wara Ħabta Ma’ Karozza Fiż-Żejtun
Ċiklista ta’ 34 sena miż-Żejtun weġgħet gravi f’ħabta ma’ karozza.
L-aċċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-7pm, fi Triq Għar Dalam, iż-Żejtun.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li kien seħħ inċident bejn rota, li fuqha kien hemm il-vittma, u Toyota Auris, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 23 sena miż-Żejtun ukoll.
Il-mara ngħatat l-assistenza minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.