Din Is-Sena Jekk Se Tixtri Xi Ħelu Tal-Għid Aħseb Fil-Fondazzjoni Smiling With Jerome
Il-Festi tal-Għid qegħdin fil-qrib, u jekk qed tippjana biex tixtri xi figolli din is-sena tista’ tagħmel dan waqt li tgħin lill-Fondazzjoni Smiling With Jerome.
L-għaqdiet volontarji kollha jagħmlu xogħol siewi ħafna però ħafna drabi l-għaqdiet iż-żgħar spiss jiġu minsija mill-pubbliku għax m’għandhomx flus biżżejjed biex jirreklamaw fuq l-mezzi soċjali, jagħmlu maratoni jew għajnuna sostanzjali mill-awtoritajiet. Għalhekk jiddependu ħafna fuq il-pubbliku.
Il-Fondazzjoni Smiling With Jerome tgħin u tissapportja ħafna familji milquta b’mard serju fosthom kanċer u tgħin lit-tfal u adoloxxenti b’mard rari, b’mard serju, special needs jew diżabilità.
Din is-sena din il-Fondazzjoni se tkun qed tbiegħ diversi figolli, Easter eggs u ħelu ieħor relatat mal-Għid nhar il-Ħadd 10 ta’ April, bejn il-11am u l-4pm mill-Valletta Waterfront kif ukoll l-Erbgħa 13 ta’ April, minn Triq Wileġ, il-Qawra bejn id-9am u l-5pm.
Kull donazzjoni ser tmur għal dawk il-familji li huma vulnerabbli jew fil-bżonn.
Dawk li jixtiequ jgħinu billi jagħtu xi Figolli jew Easter Eggs jew Ċikkulata oħra jista’ javvicina lill-Fondazzjoni fuq l-email tagħhom [email protected] jew jibgħat messaġġ fuq 99872002.