Dokumenti Tal-Vot Ta’ Pazjenti Fl-Isptarijiet – Aqraw X’Għandkom Tagħmlu

 Dokumenti Tal-Vot Ta’ Pazjenti Fl-Isptarijiet – Aqraw X’Għandkom Tagħmlu

Il-Kummissjoni Elettorali tappella lill-qraba tal-votanti li jinsabu rikoverati fl-isptarijiet Mater Dei inkluż SAMOC, Karen Grech, Monte Karmeli u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, inkluż Downtown, (li kienu hemm reġistrati bħala pazjenti sas-6.00 pm tat-Tnejn, 21 ta’ Marzu) biex, jekk għad għandhom id-dokument tal-vot tal-pazjent, dawn għandhom immedjatament jikkonsenjaw dan id-dokument lill-pazjent biex ikun jista’ jivvota fl-isptar fejn hu rikoverat nhar il-Ħamis, 24 ta’ Marzu.

Min iżomm dokument tal-vot ta’ ħaddieħor ikun qiegħed effettivament iċaħħadlu d-dritt tal-vot u dan hu kontra l-liġi, li tgħid li min “ikun fil-pussess illeġittimu ta’ xi dokument għall-votazzjoni… hu ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab hekk ħati, multa jew priġunerija jew multa u priġunerija flimkien” (Art. 112, Kap. 354).

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li meta jinqala’ każ bħal dan, tiddaħħal l-Awtorità tal-Pulizija.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com