Emma Muscat Uffiċjalment Tibdel Il-Kanzunetta Għall-Eurovision
Il-kantanta Maltija Emma Muscat dalgħodu fuq il-programm TVAM ikkonfermat li d-diska rebbieħa fil-Malta Eurovision Song Contest se tkun qed tinbidel. Dan wara li lbieraħ bdiet tiġri fuq il-mezzi soċjali din l-aħbar wara li r-rebbieħa ta’ 22 sena qalet li se tkun qed toħroġ diska ġdida.
Id-diska l-ġdida jisimha ‘I Am What I Am’ hu hija d-diska li Emma Muscat se tkun qed tikkompeti biha fil-Eurovision Song Contest, f’Turin, l-Italja.
Emma qalet li din id-deċiżjoni ittieħdet wara diversi diskussjonijiet fil-fond mat-tim tagħha, kif ukoll mir-respons tal-pubbliku, fejn finalment intgħażlet din il-kanzunetta.
Emma Muscat qalet li s’issa jidher li hemm reazzjoni pożittiva ħafna dwar id-diska ‘I Am What I Am’.
Illum stess fis-2pm se jkun qed joħroġ il-vidjow mużikali għal din id-diska, maħdum minn Warner Music tal-Italja.