Erba’ Benefiċċjarja Mħabbra Għall-Ewwel Fond Komunitarju STEM 2021

 Erba’ Benefiċċjarja Mħabbra Għall-Ewwel Fond Komunitarju STEM 2021

Iċ-Ċentru Interattiv taxXjenza Esplora ħabbar il-benefiċċjarja talewwel Fond Komunitarju STEM 2021.

Erba’ proġetti komunitarji STEM (fix-Xjenza, t-Teknolġija, l-Inġinerija u l-Matematika) ser jingħataw il-fondi biex iwettqu riċerka fi ħdan il-komunità, b’somma globali ta’ 24,000 ewro.

Ir-rebbieħa huma:

Equal by Nature mill-Malta Chamber of Scientists. Dan il-proġett għandu l-għan li juża l-ġenetika biex iqarrab nazzjonalitajiet differenti. Se jitħejjew serje ta’ workshops fejn persuni mill-komunità ta’ migranti se jiġu esposti għall-prinċipji fundamentali tal-ġenetika. Dawn il-workshops se jgħinu biex jispjegaw il-ġenetika b’mod impenjattiv u interattiv. Se jkunu qed jaħdmu mill-qrib ma’ xjentisti u artisti u fil-workshops tat-tieni fażi se jiffukaw fuq l-iżvilupp ta’ installazzjoni artisitika għall-Festival Science In the City li tirrappreżenta lunità filwaqt li tiċċelebra ddiversità.

Establishing Ecological Corridors for Fauna Species minn BirdLife Malta. Proġett bil-għan li jixħet dawl fuq ilmovimenti u ddrawwiet ta’ żewġ speċi ta’ fawna komuni, il-kamaleonte u l-qanfud li għad ma hemmx daqshekk informazzjoni dwarhom. Il-movimenti tagħhom se jiġu ttraċċati bis-saħħa ta’ tags żgħar u ħfief li se jitpoġġew fuq l-annimali. Mill-informazzjoni li se tinġabar, bħall-ambjenti fejn jippreferu jgħixu u dawk li jistgħu jkunu ta’ theddida BirdLife tittama li tasal għal ħjiel siewja li sabiex wieħed jipproteġi aħjar lil dawn l-ispeċijiet ikoniċi.

Malta Code 4 Earth by Secretariat for Catholic Education. Il-proġett għandu l-għan li jinvolvi lill-istudenti bil-mudell ta’ inkjesta xjentifika filwaqt li jiġi akkumpanjat bl-użu ta’ kits edukattivi. L-ambjent huwa l-punt fokali ta’ dan il-proġett. Bħala riżultat tal-impenn tagħhom u t-tagħrif miksub permezz ta’ dawn il-lezzjonijiet fil-klassi u l-kitts, l-istudenti se jiżviluppaw proġetti relatati li għandhom l-għan li jirriflettu dan l-għarfien.

Get in Motion to Save the Ocean (GMSO) mill-iskola Santa Monica. Dan il-proġett għandu l-għan li jimplimenta miżuri li jikkontribwixxu lejn ekonomija ċirkolari. Tnaqqis fl-użu tal-plastik li jintuża darba biss, sforzi nazzjonali ta’ afforestazzjoni, għarfien akbar dwar il-proliferazzjoni tal-mikroplastiċi tul iż-żoni kostali Maltin u l-promulgazzjoni ta’ prattiċi taxxjenza taċ-ċittadini huma wħud mill-għanijiet tal-proġett.

Il-Fond Komunitarju STEM huwa skema li tqarreb ix-xjenza u s-soċjetà, permezz tal-iffinanzjar ta’ proġetti fil-komunità relatati ma’ temi STEM. Dan il-fond huwa wieħed mill-inizjattivi tal-iSTEM Engagement Working Group immexxi mill-Esplora. Fost oħrajn, il-Working Group jinkludi rappreżentanti mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST), mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Università ta’ Malta, l-MCAST, il-Jobsplus u Tech.mt.

Għal aktar tagħrif, ikteb lill-iSTEM Engagement Team fl-Esplora fuq stemengagement.esplora.org

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com