“Fil-Ġimgħat Li Ġejjiin Se Nitlob Lill-Istrutturi Tal-Partit Biex B’Mandat B’Saħħtu Nibqa’ Mmexxi Lill-PN” – Bernard Grech
“Se nibqa’ naħdem bis-sħiħ u nagħmel ħilti kollha għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu”.
Hekk saħaq il-Kap tal-PN Bernard Grech fl-ewwel kummenti tiegħu llum waranofsinhar, wara li sar magħruf li l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni ġenerali. Huwa qal li fil-ġimgħat li ġejjiin se jmur quddiem l-istrutturi tal-Partit u jitlob mandat b’saħħtu biex jibqa’ jmexxi lill-Partit biex ikun Gvern alternattiv fis-snin li ġejjin.
Dr Bernard Grech qal li huwa evidenti li minkejja t-telfa, il-PN għadu partit b’saħħtu.
Huwa rringrazzja lil eluf ta’ votanti li taw il-fiduċja tagħhom lill-PN minkejja l-power of incumbency u minkejja kull tentattiv biex jintrebħu l-voti fl-aħħar ġranet.
Bernard Grech qal li l-PN għamel kampanja pożittiva li permezz tagħha wassal il-viżjoni tal-PN li hija ta’ politika responsabbli biex tingħata vuċi lil dawk l-eluf li taw il-fiduċja tagħhom lill-PN.
Aktar tard waranofsinhar Bernard Grech żar iċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar biex jirringrazzja lill-ħaddiema u voluntiera li ħaddmu waqt din l-elezzjoni.
Ara l-filmat: