Fil-Votazzjoni Bikrija Li Saret Ilbieraħ Għall-Membri Tal-Korp U AEC’s Ivvotaw Ftit Aktar Minn 92%

Matul il-ġurnata tal-bieraħ saret il-votazzjoni bikrija għall-elezzjoni ġenerali mill-membri tal-Korp tal-Pulizija u l-Assistenti Kummissarji Elettorali.
Fi stqarrija l-Kummissjoni Elettorali qalet li sal-10pm ivvotaw 6,157, jiġifieri 92.14% ta’ dawk eliġibbli.
B’kollox, eliġibbli biex jivvotaw kien hemm 6,682 votant.