“F’Materja Sensittiva Bħalma Hi L-IVF, Il-Familji Jridu Soluzzjonijiet” – Il-PL
“Id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech, dwar l-IVF (https://www.facebook.com/ONE.com.mt/videos/1127916687984448) huwa wieħed insensittiv. Dan fl-istess ħin ma joffri ebda soluzzjoni lill-familji u persuni li għaddejin minn sfida biex isiru ġenituri.” Hekk qal il-Partit Laburista fi stqarrija fejn saħaq, li fost oħrajn, biex jgħinu lil dawn il-koppji jsiru ġenituri, Gvern Laburista ġdid qed jimpenja ruħu dwar emendi fil-liġi biex:
- Jestendi s-servizz tal-IVF.
- Se nintroduċu wkoll servizzi ġodda bl-aktar teknoloġiji moderni biex koppji li jiffaċċjaw problemi ta’ infertilita’ jsiru ġenituri f’pajjiżna stess.
- Se nestendu s-servizz tal-IVF biex kull min diġa għamlu b’suċċess, ikollu ċ-ċans għal wild ieħor.
- Il-mediċini kollha assoċċjati ma’ dan il-proċess jingħataw b’xejn b’effett mill-1 ta’ Jannar 2022.
Il-PL qal li quddiem dawn il-proposti l-Kap tal-Oppożizzjoni qal biss lil dawk li qed jiffaċjaw din l-isfida biex jissieħbu fil-Partit Nazzjonalista u jieħdu ħsieb it-tfal ta’ ħaddieħor.
“Filwaqt li Bernard Grech mhux japrezza l-bżonn ta’ aktar bidliet f’dan is-settur, qed ikun insensittiv bi kliemu. L-appell ta’ Nisa Laburisti jibqa’ biex dan is-suġġett ikun trattat bl-ikbar serjetà fejn ma jiġu njorati l-weġgħat ta’ ħadd.”