“Ġejt Londra Nitkellem Mat-Tobba Li Qed Isegwuni” – Il-Ministru Ian Borg
Il-Ministru Ian Borg ilbieraħ filgħaxija fuq il-mezzi soċjali tiegħu kiteb li kellu jieqaf għal ftit ġranet mill-kampanja elettorali biex jitla’ Londra.
Ian Borg spjega li jinsab f’Londra biex jitkellem u jiddiskuti mat-tobba li qed isegwu l-kundizzjoni tiegħu.
“Hemm diversi modi kif il-kundizzjoni tiġi trattata,” qal Borg fosthom li fil-ġimgħat li ġejjien se jkun qed jagħmel żewġ operazzjonijiet importanti. Huwa qal li dan ġie deċiż fl-aħjar interess tiegħu.
“Wara dawn l-interventi, l-indikazzjonijiet huma li nkun ħafna aħjar,” tenna l-Ministru Ian Borg.
Borg irringrazzja lil dawk kollha li ħasbu fih b’messaġġi ta’ kuraġġ fl-aħħar ġranet, u qal li japprezza ferm u se jkun qed ikompli għaddej bil-ħidma tiegħu, għalkemm forsi bi ftit limitazzjonijiet.