Għalfejn L-Istħarriġ Ta’ Marmara Kien Preċiż Fuq Ir-Riżultat Elettorali?
Wara ġimgħat nisimgħu u nirrapurtaw rigward numru ta’ sondaġġi li kienu qed issiru, issa li għaddiet l-Elezzjoni Ġenerali u nafu r-riżultat elettorali, is-sit StradaRjali.com għamel analiżi ta’ x’kienu qegħdin jgħidu s-sondaġġi.
Minn numru ta’ sondaġġi li kienu qegħdin jiġu ippublikati huwa l-istħarriġ ta’ Dr Vincent Marmara li reġgħa għal darb’oħra qata’ fil-preċiż ir-riżultat elettorali.
Sa mill-ewwel ġimgħa tal-kampanja elettorali, Dr. Marmara ppubblika li d-distakk bejn iż-żewġ partiti kien ser ikun ta’ 13.4%, allura madwar 39,000 vot. Id-distakk finali bejn iż-żewġ partiti kien ta’ 39,474 vot.
Wieħed irrid jinnota ukoll li Dr. Marmara għamel numru ta’ osservazzjonijiet xjentifiċi fejn jidħol it-turnout kif ukoll il-voti invalidi.
It-turnout ta’ 85.5% f’din l-elezzjoni ġenerali kien l-inqas wieħed sa mill-1955. Il-voti invalidi f’din l-elezzjoni kienu ta’ 8,802, li huwa aktar mid-doppju tal-voti invalidi mitfugħa fl-elezzjoni tal-2017.
Dan is-sit tkellem ma’ Dr Marmara fuq kif qiegħed jasal għal dawn ir-riżultati xjentifiċi korretti minn elezzjoni għal oħra.
“Jien nħares lejn kull numru b’mod xjentifiku, u nagħti lil kull numru loġika sħiħa ta’ il-mod ta’ kif qed jiġi ikkalkulat. Bl-għodda xjentifika tal-multiple imputation techniques jirnexxieli nanalizza u nisostitwixxi bl-eżatt lil liema parti ser jivvutaw jew x’ser ikunu qegħdin jagħmlu bil-vot tagħhom, dawk li jagħżlu li ma jweġbux surveys politiċi”
Huwa emfasizza fuq ir-responsabiltà u d-dover li jħoss biex dak li qiegħed jiġi ippublikat ikun preċiż sabiex in-nies tingħatalhom stampa preċiża tas-sitwazzjoni.
Mas-sit tagħna Dr Marmara emfasizza li huwa dejjem wera konsistenza sħiħa tas-sitwazzjoni politika fil-pajjiż u dan huwa rifless f’kull sondaġġ li ħareġ f’dawn l-aħħar 5 ġimghat.