Għall-Għawdxin Min Hu L-Aktar Ministru Jew Segretarju Parlamentari Li Jaħdem Mill-Kabinett Kollu?

Sondaġġ li sar fl-aħħar jiem rigward min jaħsbu l-Għawdxin li hu l-aktar ministru jew segretarju parlamentari li jaħdem mill-kabinett kollhu juri kif fil-gżira tat-tlett għoljiet il-Ministru Clint Camilleri igawdi l-akbar popolarità segwit mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u l-Ministru Ian Borg.
Filwaqt li 30.4% jgħidu li l-kabinett kollu kemm hu jahdem, 25.7% qalu Clint Camilleri, 17.1% qalu Chris Fearne, 12.4% qalu Ian Borg filwaqt li 5.4% qalu Anton Refalo.
Dan l-istħarriġ sar minn entità indipendenti.