Gypsy Ixomm Aktar Minn €26,000 Fi Flus Kontanti Mhux Iddikjarati Fl-Ajruport

 Gypsy Ixomm Aktar Minn €26,000 Fi Flus Kontanti Mhux Iddikjarati Fl-Ajruport

Il-kelb tad-Dwana ta’ Malta Gypsy irnexxielu jaqbad €26,965 fi flus kontanti mhux iddikjarati fuq koppja Iżraeljana fis-sala tat-tluq fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Fi stqarrija d-Dwana qalet li waqt ronda li kienu qed jagħmlu Gypsy irreaġixxa b’mod pożittiv malli wasal ħdejn ir-raġel u l-mara li kienu fi triqthom lejn it-Turkija.

Il-koppja Iżraeljana meta ntalbu jiddikjaraw kemm kienu qed iġorru flus fuqhom wieġbu $18,000 (€16,490.73).

Madankollu, waqt tfittxija instab li kellhom aktar flus li b’kollox kienu jammontaw għal total ta’ €26,965 fi flus kontanti mhux iddikjarati.

Il-koppja ngħataw multa wara li ġew offruti soluzzjoni barra mill-Qorti li qablu għaliha.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com