Ħaddiem Iweġġa’ Gravi Wara Li Waqa’ Minn Fuq Sellum F’Ħal Balzan
Ħaddiem ta’ 27 sena mill-Gambja weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq sellum.
L-aċċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tad-9pm, fi Pjazza Bertu Fenech, Ħal Balzan.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li l-vittma, weġġa’ wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed jaħdem.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.