Id-DPM Chris Fearne Pożittiv Għall-Covid
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne permezz tal-mezzi soċjali tiegħu qal li aktar kmieni llum għamel swab test u ħareġ pożittiv għall-Covid.
“Grazzi għall-booster għandi biss sintomi ħfief,” kiteb Chris Fearne filwaqt li qal li se jkun qed jibda kwarantina mil-lum stess.
“Ix-xogħol ikompli b’mod virtwali,” temm jgħid il-Ministru Chris Fearne.