Il-Familja Abela Ssellem Lin-Nies Li Nġabru Quddiem Kastilja

 Il-Familja Abela Ssellem Lin-Nies Li Nġabru Quddiem Kastilja

Hekk kif wara li l-Prim Ministru Robert Abela ħa l-ġurament fil-Palazz tal-President, flimkien ma’ martu Lydia u binthom Giorgia Mae mxew lejn il-Berġa ta’ Kastilja waqt li sellmu lil bosta nies li nġabru tul it-triq.

Mal-wasla tagħhom il-familja Abela ngħatat merħba minn nies li nġabru quddiem il-Berġa ta’ Kastilja kif ukoll ġiet milqugħa mill-Kap taċ-Ċivil Mario Cutajar.

Il-familja Abela ngħatat merħba mhux biss mill-folla miġbura fi Pjazza Kastilja, iżda wkoll mill-ħaddiema fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Il-Prim Ministru Robert Abela flimkien ma’ martu Lydia u binthom Giorgia Mae sellmu lill-folla mit-tieqa ewlenija ta’ Kastilja, fost għajjat, ċapċip u kant mill-partitarji Laburisti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com