Il-Festival Tal-Kanzunetta Maltija Mużika Mużika Jirritorna F’April

 Il-Festival Tal-Kanzunetta Maltija Mużika Mużika Jirritorna F’April

Dalgħodu Festivals Malta ħabret id-dati l-ġodda li fihom se jkun qed jitella’ l-festival tal-kanzunetta Maltija, Mużika Mużika.

Waqt il-konferenza tħabbar li d-dati se jkunu mill-Ħamis 21 sas-Sibt 23 ta’ April. L-ispettaklu ta’ mużika live bis-sehem tal-Orkestra Nazzjonali se jkun imxandar dirett fuq it-televiżjoni.

Bħas-sena li għaddiet dan il-festival se jittella’ fl-MFCC Ta’ Qali, b’differenza li din is-sena se jkun hemm l-udjenza preżenti fis-sala.

Matul l-istess konferenza tħabbru wkoll il-preżentaturi ta’ din is-serata se jkunu Keith Demicoli, Clare Agius u Moira Delia.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com