Il-Grupp Anonymous Jiksbu L-Pjan Ta’ Putin Biex Jinvadi L-Ukrajna F’Ġimgħatejn

Skond il-grupp ta’ hackers Anonymous dawn irnexxilhom jiksbu dokumenti bil-pjan tal-invażjoni Russa, fl-Ukrajna.
Il-grupp qal li l-pjan ta’ din l-invażjoni huwa maħdum fuq ġimgħatejn.
Intqal li l-pjan kien li r-Russi jattakkaw l-Ukrajna fl-20 ta’ Frar, però eventwalment l-attakk beda erbat ijiem wara.
Il-grupp Anonymous qal li dan il-pjan tal-President Russu, Vladimir Putin kien approvat fit-18 ta’ Jannar.
Leaked document from Russian troops showing war against Ukraine was approved on 18th January, and initial plan to seize Ukraine starting 20th Feb to 06th March pic.twitter.com/4zsZD9i0R4
— Anonymous (@YourAnonNews) March 2, 2022