Il-Każi Attivi Bil-Covid-19 Jerġgħu Jaqbżu L-1000

 Il-Każi Attivi Bil-Covid-19 Jerġgħu Jaqbżu L-1000

Il-każi attivi bil-Covid-19 reġgħu qabżu l-1000 persuna filwaqt li fl-aħħar 24 siegħa kien hemm żewġ vittmi oħra.

L-għadd ta’ persuni li nstabu pożittivi għall-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa kien ta’ 138 persuni, filwaqt li fiequ 84 persuna oħra. B’hekk, l-ammont totali ta’ persuni bil-virus attwalment huwa ta’ 1002.

B’kollox hemm 35 persuna rikoverati fl-isptar Mater Dei li minnhom hemm 4 persuni fl-ITU.

In-numru ta’ mwiet żdied għal 612, hekk kif fl-aħħar 24 siegħa miet raġel ta’ 80 sena u ieħor ta’ 90 sena waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Sal-bieraħ kienu ngħataw total ta’ 345,398 dożi tal-booster.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com