Il-Każi Tal-Covid-19 Reġgħu Bdew Jiżdiedu…

 Il-Każi Tal-Covid-19 Reġgħu Bdew Jiżdiedu…

Il-każi attivi bil-Covid-19 f’dawn l-aħħar ġranet reġgħu qabdu jiżdiedu hekk kif issa qabżu l-1600 persuna filwaqt li fl-aħħar 24 siegħa kien hemm vittmi oħra.

L-għadd ta’ persuni li nstabu pożittivi għall-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa kien ta’ 229 persuni, filwaqt li fiequ 82 persuna oħra. B’hekk, l-ammont totali ta’ persuni bil-virus attwalment huwa ta’ 1673.

B’kollox hemm 51 persuna rikoverati fl-isptar Mater Dei li minnhom hemm persuna fl-ITU.

In-numru ta’ mwiet żdied għal 618, hekk kif fl-aħħar 24 siegħa mietet mara ta’ 83 sena waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.

Sal-bieraħ kienu ngħataw total ta’ 347,315 dożi tal-booster.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com