Il-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali Jippreżenta R-Riżultati Uffiċjali Tal-Elezzjoni Ġenerali Lill-President
Aktar kmieni dalgħodu l-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali, is-Sur Joseph Camilleri ppreżenta r-riżultati uffiċjali tal-Elezzjoni Ġenerali lill-President George Vella fil-Palazz ta’ Sant’Anton.
Issa li l-President ta’ Malta għandu f’idejh dan ir-riżultat skont artiklu 80 tal-Kostituzzjoni jista’ jaħtar il-Prim Ministru.
F’din l-Elezzjoni Ġenerali, il-Partit Laburista kiseb 162,707 vot, li tfisser 55.1% u l-Partit Nazzjonalista kiseb 123,233, li tfisser 41.7%.
Id-differenza bejn iż-żewġ partiti hija ta’ 39,474 vot.