Il-Kummissjoni Elettorali Tikkonferma Dak Li Qal Il-PN – It-Turnout Sas-2pm Kien Ta’ 44.75%
Il-Kummissjoni Elettorali fi stqarrija għamlet referenza għall-istatistika maħruġa aktar kmieni llum, u tippuntwalizza li għandha ssir is-segwenti kjarifika:
Il-figura ppubblikata aktar kmieni llum, dik ta’ 143,628, hi ta’ dawk li vvutaw limitament fis-26 ta’ Marzu 2022, fis-2pm, u ma tinkludix eletturi li vvotaw fil-ġranet preċedenti tal-votazzjoni. Meta żżid dawk l-eletturi li vvutaw fil-ġranet ta’ qabel, li jammontaw għall-15,289 u li l-Kummissjoni Elettorali diġà ħarġet stqarrijiet dwarhom, il-persentaġġ iddikjarat illum ta’ 40.45% jitla’ għal 44.75%.