Il-Kunsill Reġjonali Tan-Nofsinhar B’Seminar Dwar Il-Ġimgħa Mqaddsa

 Il-Kunsill Reġjonali Tan-Nofsinhar B’Seminar Dwar Il-Ġimgħa Mqaddsa

Il-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar għandu rabta mal-kultura tal-Ġimgħa Mqaddsa fi ħdanu. Għal din ir-raġuni, dan ir-Reġjun ser jorganizza seminar bl-isem; Holy Week – A Common Heritage that unites us.

L-għan huwa li jiġu diskussi elementi tal-kultura li tgħaqqadna. F’dan is-seminar, se jkun iffukkat kif ċerti elementi tal-Ġimgħa Mqaddsa tibdlu tul dawn l-aħħar 100 sena. Fosthom, se jkun diskuss id-daqq tal-qniepen u anke l-ikel.

Min jixtieq jattendi għal dan is-seminar, huwa mitlub jikkuntattja lir-Reġjun fuq il-paġna ta’ facebook Kunsill Regjonali tan-Nofsinhar jew permezz tat-telefon 21 499 355.

Dan se jsir nhar id-9 t’April li ġej fid-9.00 am fil-Juventutis Domus fiż-Żejtun.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com