Il-Ministru Evarist Bartolo F’Kuntatt Mal-Italja Dwar L-Għajnuna Lir-Refuġjati Ukreni

 Il-Ministru Evarist Bartolo F’Kuntatt Mal-Italja Dwar L-Għajnuna Lir-Refuġjati Ukreni

Il-President tal-Konfederazzjoni Misericordia Domenico Giani li qed jieħu ħsieb jikkordina l-għajnuna tal-Italja lir-rifuġjati Ukreni illum tkellem bit-telefon mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo dwar il-ħidma tal-Italja u ta’ Malta biex tingħata kenn lir-refuġjati Ukreni li qed jaħarbu mill-bumbardamenti Russi.  Malta, bħall-Italja, qed tagħti kenn lil refuġjati Ukreni u permezz tal-Ambaxxata Maltija fil-Polonja, qed tgħin lil dawk li qed jaħarbu mill-Ukrajna u jaslu sal-Polonja.

Domenico Giani qed jaħdem ma’ Għaqdiet bħall-Caritas fil-Polonja biex tintbagħat l-għajnuna li hemm bżonn lir-rifuġjati li qed jaslu fil-Polonja.  Għal snin twal Giani serva fl-oqsma tas-sigurtà fil-Vatikan taħt l-aħħar tliet Papiet.

Il-Ministru Bartolo u l-President tal-Misericordia qablu li jibqgħu  f’kuntatt biex jaħdmu flimkien fejn hemm bżonn biex tingħata l-għajnuna meħtieġa  lill-Ukreni li qed jaħarbu mill-gwerra.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com