Il-Ministru Silvio Schembri Mhedded Li Miegħu Jista’ Jsib Bomba Taħt Il-Karozza

“Mijek tista ssib bomba taht il-karozza” kiteb ċertu wieħed Simon Cutajar taħt artiklu li ttella’ minn talk.mt bit-titlu: “Mal-PN ma tafx x’se tieħu imma taf x’se joħodlok”.
Fuq il-midja soċjali tiegħu, il-Ministru Silvio Schembri qal li ġie nfurmat b’din it-theddida serja fejn lill-persuna ma jafux imma ħass li għandu jikteb lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex jinvestiga din it-theddida fil-konfront tiegħu.
“Theddid bħal dan mhuwa aċċettabli fuq ħadd, ġej minn fejn ġej”, temm jgħid il-Ministru Schembri.