Il-Partit Laburista Bl-Akbar Rebħa Elettorali F’Pajjiżna Mill-Indipendenza ‘L Hawn
Il-Kummissjoni Elettorali ppublikat ir-riżultat uffiċjali ta’ kif il-votanti taw l-ewwel preferenza tagħhom lill-partiti politiċi mal-ewwel għadd.
Matul din l-Elezzjoni Ġenerali kien hemm 304,050 vot mitfugħ li minnhom kien hemm 295,248 vot validu. Dan ifisser li kien hemm 8,802 voti invalidi.
Ir-riżultat uffiċjali tal-partiti kollha huwa:
ABBA | 1,364 | 0.46% |
AD+PD | 4,747 | 1.61% |
Partit Laburista | 162,707 | 55.11% |
Partit Nazzjonalista | 123,233 | 41.74% |
Partit Popolari | 1,533 | 0.52% |
Volt | 382 | 0.13% |
Indipendenti | 1,282 | 0.43% |
Id-differenza bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista f’din l-elezzjoni kien ta’ 39,474 vot.
Ta’ min jinnota li din il-maġġoranza kbira ta’ voti tammonta għall-maġġoranzi kollha li l-PN ġab fl-aħħar erba’ rebħiet fl-elezzjonijiet tal-1992, l-1998, l-2003 u l-2008. F’dawn l-erba’ rebħiet f’daqqa l-PN kien ġab total ta’ 39,490 vot maġġoranza. Kważi l-istess ammont ta’ kemm ġab maġġoranza f’din l-elezzjoni biss il-PL.