Il-Partit Popolari Jgħid Li T-Teatru Rjal Għandu Jerġa’ Jinbena Fuq Il-Pjanti Oriġinali

 Il-Partit Popolari Jgħid Li T-Teatru Rjal Għandu Jerġa’ Jinbena Fuq Il-Pjanti Oriġinali

Il-Partit Popolari qal li fil-leġislaturi li jmiss u jekk hemm bżonn fis-snin ta’ wara se jkun qed jimpenja ruħu u jaħdem biex jinbena mill-ġdid it-Teatru Rjal fuq il-pjanti oriġinali tal-perit Edward Middleton Barry.

Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet quddiem Pjazza Teatru Rjal, fil-Belt Valletta mill-Kap tal-Partit Popolari Paul Salamone.

Huwa qal li bħal ma’ kien hemm fondi għal kollox u għal kull proġett, ikun hemm fondi wkoll biex isir dan il-proġett. Salamone qal li t-teatru qatt ma’ reġa’ nbena għax qatt ma’ kien hemm ir-rieda politika.

Paul Salamone semma wkoll diversi proġetti oħra b’rabta mal-wirt kulturali ta’ pajjiżna li għandhom bżonn l-attenzjoni, fosthom il-Forti Campbell, l-istazzjon u l-mina tal-ferrovija ta’ taħt l-art fil-Belt u l-Furjana, il-Victoria Lines, Forti Delimara u aktar.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com