Il-Partiti Politiċi Jibdew Xejn B’Xejn F’Kull Elezzjoni Ġenerali

Baqa’ biss 23 jum għall-elezzjoni ġenerali. Bħal f’kull elezzjoni, ikun hemm faxxa kbira jew inqas kbira ta’ nies li ma jridux jivvutaw.
Dan iseħħ minħabba diversi raġunijiet; kemm personali jew fuq xi kwistjonijiet oħra.
Biss però, il-vott huwa dritt u anke dmir. Bih tagħti messaġġ u direzzjoni lil pajjiż. Malta hija magħrufa li jkollha wieħed mill-akbar turnouts ta’ votazzjoni f’elezzjonijiet li jsiru.
Fl-aħħar elezzjoni tal-2017, it-turnout kien ta’ 92% fejn niżel b’1% mill-elezzjoni ta’ qabel, dik tal-2013.
L-elezzjoni ġenerali se ssir nhar is-Sibt 26 ta’ Marzu 2022.