Il-PL Jgħid Li Huwa Jrid Lin-Negozji Jilħqu L-Kriterji Tal-ESG Tant Li Diġà Hemm Inċentivi
“Aħna irridu li l-kumpaniji f’pajjiżna jilħqu l-kriterji tal-ESG, tant li diġa qed ngħinuhom biex jagħmlu dan. Id-differnza bejna u l-Partit Nazzjonalista hija li aħna qegħdin ninċentivawhom lill-kumpaniji biex jaslu biex jilħqu l-kriterji tal-ESG, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista qed jgħidilhom li jekk jifilħu jilħqu l-kriterji tal-ESG, jagħtihom inċentiv la darba jkunu waslu”.
Hekk qalet il-Ministru Miriam Dalli li flimkien mal-kandidata Rebecca Buttigieg indirizzat konferenza tal-aħbarijiet, parti mill-kampanja elettorali tal-Partit Laburista.
Matul il-konferenza ntqal li l-Partit Laburista assolutament ma huwiex kontra li n-negozji tagħna b’mod volontarju jadottaw frameworks ESG. Anzi diġà żviluppa ESG platform u se jkompli jaħdem biex pajjiżna jkollu framework adattat għaċ-ċirkostanzi tan-negozji ta’ pajjiżna. Partit Laburista fil-Gvern jassigura li f’kull innovazzjoni li se jagħmel se jibqa’ ta’ spalla għan-negozji.
“Il-manifest tal-Partit Nazzjonalista għall-ewwel jimpressjonak. Jidher ġeneruż. Imma jekk jirnexxielek taqrah aktar minn darba, u ngħid hekk għax dan jinbidel kważi kull tlett ijiem, tibda toħroġ narrattiva inkwetanti. Il-biċċa l-kbira tal-proposti fil-manifest tal-Partit Nazzjonalista huma bit-terms and conditions”, qalet il-kandidat Rebecca Buttiġieġ.
Manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista li fih jispikkaw b’mod ċar it-termini u kundizzjonijiet imma ma hemm imkien fejn jiġi spjegat x’se jkun eżatt x’tip ta’ non financial reporting qiegħed jipproponi, jiġifieri l-proċess ta’ ESG li jrid idaħħal il-Partit Nazzjonalista.
Il-PL qal li l-wegħdi tal-PN jfissru li n-negozji ta’ pajjiżna li diġà ffaċċjaw sfidi biex ilaħħqu mal-istandards ta’ rappurtaġġ mitluba minħabba direttivi li jkopruna, se jispiċċaw mgħattna b’regoli li lanqas ir-regolaturi Ewropej ma jixtiequ jimponu fuq negozji mikro u żgħar.
Il-Kelliema temmew jgħidu li “Gvern Laburista ġdid irid li jġib lil kulħadd Back to Business għax kien u se jibqa’ partit pro market.”