“Il-PL Qed Jigdeb Meta Qed Jgħid Li Gvern Nazzjonalista Jaqta’ Ċ-Ċekk Tar-Rifużjoni Tat-Taxxa” – Il-PN
“Il-Partit Laburista f’paniku għaliex għadu ma rnexxilunx jgħaqqad il-programm elettorali tiegħu u qed juża l-arma tal-gideb biex jipprova jirbaħ xi punti politiċi meta qed jgħid li Gvern Nazzjonalista jaqta’ ċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa.”
Dan kien il-messaġġ tal-PN fi stqarrija fejn saħaq li mhux talli hi gidba talli l-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista b’mod mill-aktar ċar jgħid li Gvern Nazzjonalista jkompli jinċentiva lil min jaħdem, iħallas it-taxxa u jikkontribwixxi fl-ekonomija.
Dan billi:
- Min jaqla’ anqas minn €20,000 ser jingħata kreditu ta’ taxxa ta’ 10% fuq l-ammont ta’ taxxa mħallas fissena ta’ qabel.
- Min jaqla’ bejn €20,000 u €40,000 ser jingħata kreditu ta’ taxxa ta’ 5% fuq l-ammont ta’ taxxa mħallas fissena ta’ qabel.
- Min jaqla’ bejn €40,001 u €60,000 ser jingħata kreditu ta’ taxxa ta’ 3% fuq l-ammont ta’ taxxa mħallas fis-sena ta’ qabel.
- Ir-rata tat-taxxa għal min jaqla’ bejn €60,001 u €80,000 ser tkun dik ta’ 25%.
Il-Partit Nazzjonalista sostna li fil-programm elettorali tiegħu qed jintrabat ukoll li r-rati tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, tal-VAT jew tat-taxxa fuq id-dħul ma jiżdiedx tul il-leġiżlatura kollha. Dan filwaqt li titwettaq ġustizzja mal-konsumaturi kollha li nsterqu bil-kontijiet tad-dawl u l-ilma mill-2013 ’l hawn billi tinagħtalhom rifużjoni fuq l-ammont kollu misruq.
“Il-Partit Laburista flok jippanikja u jikteb għandu mill-aktar fis itina l-viżjoni tiegħu għall-pajjiżna,” temm jgħid il-PN.