Il-Plenarja Tal-FATF Tikkonferma Li Malta Indirizzat Il-Pjan Ta’ Azzjoni Mogħti Lilha

 Il-Plenarja Tal-FATF Tikkonferma Li Malta Indirizzat Il-Pjan Ta’ Azzjoni Mogħti Lilha

Il-plenarja tal-FATF, li ntemmet illum, ikkonfermat li Malta indirizzat jew maġġorment indirizzat il-pjan ta’ azzjoni mogħti lilha fil-livell tekniku.

Fl-analiżi teknika kien innotat kif Malta ħadet il-passi kollha meħtieġa biex tindirizza strateġikament ir-rakkomandazzjonijiet li sarulha. Din l-analiżi teknika wasslet biex il-plenarja tal-FATF aċċettat ir-rakkomandazzjoni li ssir żjara f’Malta biex tikkonferma dan il-progress.

L-FATF qalet: “At its February 2022 Plenary, the FATF made the initial determination that Malta has substantially completed its action plan and warrants an on-site visit.”

Din il-verifika, imsejħa on-site visit mid-delegazzjoni tal-FATF, hi meqjusa bħala parti mill-istadju finali f’dan il-proċess.

Il-Gvern Malti jinnota din id-deċiżjoni, filwaqt li jimpenja ruħu li jibqa’ jaħdem favur standards ogħla.

Ritratt: Essential Compliance

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com