Il-PM Robert Abela Fi Franza Għall-Summit Dwar L-Aħħar Żviluppi Fl-Ukrajna
Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab f’Versailles Franza, flimkien mal-Mexxejja Ewropew għas-summit informali dwar l-aħħar żviluppi fl-Ukrajna.
F’messaġġ li kiteb fuq il-mezzi soċjali qal li Malta kienet u se tibqa’ tgħin fosthom bil-provvista ta’ tagħmir mediku, li se titlaq minn pajjiżna matul il-jum tas-Sibt.
Il-Prim Ministru qal li f’kull deċiżjoni li se jieħdu, se jibqgħu jipproteġu lill-poplu.
Matul dan is-summit qed ikun diskuss ukoll id-dipendenza tal-enerġija mir-Russja.
In Versailles EUCO we discussed the latest developments in Ukraine, including its request to become part of the EU family. We continue to stand with Ukraine at this hour of need. Energy was also on the agenda, including the EU’s dependence on other countries in this sector. – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) March 11, 2022