Il-PN Jgħid Li T-Turnout Uffiċjali Ppubblikat Mill-Kummissjoni Elettorali Huwa Żbaljat

 Il-PN Jgħid Li T-Turnout Uffiċjali Ppubblikat Mill-Kummissjoni Elettorali Huwa Żbaljat

Il-Partit Nazzjonalista qal li wara l-analiżi li saret mill-Uffiċċju Elettorali tal-PN l-Elcom, kiteb uffiċjalment lill-Kummissjoni Elettorali biex jinfurmahom li skont l-istess data ppubblikata mill-Kummissjoni Elettorali stess, l-ammont ta’ nies li vvutaw sas-2pm ilaħħaq l-44.8%.

Fi stqarrija l-PN spjega kif l-ammont ta’ 143,628 eletturi li ivvutaw mit-total ta’ 355,075 (40.45% kif ippublikat) huwa biss għal dawk l-eletturi li ivvutaw illum, is-Sibt, 26 ta’ Marzu 2022. Il-PN qal li ma dan għandhom jingħaddu l-ammont ta’ 15,289 elettur li ivvutaw fil-jiem ta’ qabel sabiex jirriflettu it-turnout totali ta’ dawk kollha li huma reġistrati bħala eletturi (355,075).

“Għaldaqstant, it-turnout uffiċjali ppublikat mill-Kummissjoni Elettorali huwa żbaljat u għandu jiġi ikkoreġut immedjatament sabiex jirrifletti l-perċentwali rejali ta’ turnout ta’ 44.8% tal-votanti kollha reġistrati,” saħaq il-PN.

Il-Partit Nazzjonalista temm jgħid li l-Kummissjoni Elettorali għandha tikkoreġi dan in-nuqqas sabiex tirrifletti l-istampa rejali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com