Il-PN Jiġbor €887,450 Oħra Waqt It-Tieni Maratona Ġbir Ta’ Fondi Matul Din Il-Kampanja Elettorali
Miġbura is-somma totali ta’ €1,428,680 waqt żewġ Maratoni Ġbir ta’ Fondi għall-PN li saru waqt il-kampanja elettorali.
Waqt il-maratona li saret ilbieraħ il-Partit Nazzjonalista ġabbar €887,450.
Min-naħa l-oħra f’maratona li għamel il-Partit Laburista fis-6 ta’ Marzu, inġabret is-somma ta’ €1,023,097.
Dan ifisser li waqt kampanja elettorali nġabru totali ta’ €2,451,777 għaż-żewġ partiti politiċi l-kbar.