Il-PN Jingħata Żewġ Siġġijiet Parlamentari Oħra – Toni Bezzina U Ian Vassallo Ġew Eletti

 Il-PN Jingħata Żewġ Siġġijiet Parlamentari Oħra – Toni Bezzina U Ian Vassallo Ġew Eletti

Il-Kummissjoni Elettorali fi stqarrija ħabbret li l-kandidati Toni Bezzina u Ian Vassallo ġew eletti f’isem il-Partit Nazzjonalista.

Dan wara li l-Partit Nazzjonalista ngħata żewġ siġġijiet addizzjonali fil-Parlament biex l-għadd ta’ siġġijiet ikun jirrifletti d-distakk fil-voti bejn partit u ieħor.

Dan l-aġġustament, kif mitlub skont il-Liġi Elettorali, ifisser li d-differenza fl-ammont ta’ siġġijiet bejn iż-żewġ partiti se jkun ta’ disgħa.

Fl-ewwel kummenti tagħhom fuq il-mezzi soċjali Toni Bezzina qal li huwa ta’ unur ferm kbir għalih li għat-tielet darba konsekuttiva se jkun qed iservi lill-poplu tal-ħames distrett fil-Parlament Malti.

Ian Vassallo qal li huwa grat ħafna li għall-ewwel darba ġie elett biex iservi fil-Parlament. “Se nibqa’ magħkom, nisma’ l-ħsibijiet li jkollkom u nkun il-vuċi tagħkom,” tenna Vassallo.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com