Il-Pulizija Għaddejja B’Tfittxija Għal Raġel Li Wettaq Serqa Armata Minn Ħanut F’Ħal Qormi
Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija għal raġel li allegatament wettaq serqa minn ħanut.
L-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tad-9:15pm, f’ħanut fi Triq il-Belt Valletta, Ħal Qormi.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel mgħammad u armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier, raġel ta’ 57 sena li joqgħod Birkirkara.
Ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.