Il-Pulizija Qed Titlob L-Għajnuna Biex Jinstab Dan Ir-Raġel Biex Jidher Il-Qorti

Il-Pulizija qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku sabiex jinstab Gianluca Cirina.
Huwa qed ikun imfittex sabiex sabiex jitressaq il-Qorti wara li Cirina naqqas milli jidher quddiem il-Maġistrat diversi drabi.
Kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija, anke b’mod anonimu, permezz ta’ messenger jew fuq il-linji 21224001 / 119 u jiġi kwotat in-numru 1/2022.