Il-Valletta Design Cluster U L-Ġnien Fuq Il-Bejt Tal-Istess Binja Jirbħu Unuri Mill-Awtorità Tal-Ippjanar

 Il-Valletta Design Cluster U L-Ġnien Fuq Il-Bejt Tal-Istess Binja Jirbħu Unuri Mill-Awtorità Tal-Ippjanar

“Mument ta’ sodisfazzjon personali kbir dalgħodu, hekk kif iċ-Chairman tal-Awtorità tal-Ippjanar, il-Perit Vincent Cassar, ippreżentali uffiċjalment il-plakek kommemorattivi tal-aqwa żewġ unuri tal-Awtorità tal-Ippjanar ghall-2021.”

Hekk kiteb dalgħodu ċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta, Jason Micallef wara li fil-ġimgħat li għaddew il-Valletta Design Cluster u l-ġnien fuq il-bejt ta’ din l-istess binja rebħu l-unuri għall-aqwa binja li ġiet restawrata u konservata.

Micallef fuq il-mezzi soċjali tiegħu qal li “dan hu l-legat u s-sostenibbiltà li bnejna fl-għażiża kapitali tagħna, il-Belt Valletta. Ġid li minnu qed igawdi kulħadd illum u fis-snin li ġejjin.”

Huwa irringrazzja u ta ħajr lill-Perit Amanda De Giovanni u l-Perit Norbert Gatt mid-Direttorat tar-Restawr fost bosta oħrajn li ħadmu fuq dan il-proġett.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com