“Illum It-Tnejn Għandu Jkun Il-Jum Ta’ Riflessjoni Għalina L-Politiċi…” – Dr Adrian Delia
“Il-Ġimgħa kien jum ta’ riflessjoni mpost mill-liġi sabiex iċ-ċittadini tagħna jirriflettu dwar l-għażla tagħhom qabel nitfgħu l-vot.”
Hekk kiteb Dr Adrian Delia fuq il-mezzi soċjali tiegħu wara li l-Partit Laburista għal darb’oħra reġa’ rebaħ l-elezzjoni ġenerali b’distakk kbir.
“In-nies reġgħet mhux tkellmet imma werżqet,” tenna Delia fil-messaġġ tiegħu.
Huwa qal li dawk l-eluf kbar ta’ nies li baqgħu siekta d-dar qegħdin jipprovaw jgħidu xi ħaġa wkoll.
“Illum it-Tnejn għandu jkun il-jum ta’ riflessjoni għalina l-politiċi issa, sabiex nirriflettu dwar l-għażla tan-nies wara li tefgħu dak il-vot,” sostna Dr Adrian Delia.
Fil-messaġġ tiegħu rringrazzja lil dawk kollha li tawh il-fiduċja. “Kommess ukoll li mill-lum stess nibqa’ nisma’ u nwassal leħen in-nies,” temm jgħid Adrian Delia.