Imut Is-Sewwieq Tal-Mutur Bulgaru Li Ħabat Ma’ Vann Waqt Li Kien Qed Iqassam L-Ikel Fiż-Żejtun

 Imut Is-Sewwieq Tal-Mutur Bulgaru Li Ħabat Ma’ Vann Waqt Li Kien Qed Iqassam L-Ikel Fiż-Żejtun

Tilef ħajtu r-raġel Bulgaru ta’ 38 sena li l-Ħadd filgħaxija kien involut f’aċċident bil-mutur waqt li kien qed iġorr l-ikel.

L-aċċident seħħ għall-ħabta tat-7:45pm, fi Triq il-President Anton Buttigieg, iż-Żejtun.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li sfortunament ir-raġel miet wara li kien qed jiġġieled għal ħajtu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva, fl-Isptar Mater Dei.

Il-ħabta seħħet bejn mutur Honda 600 Hornet, misjuq mill-vittma, u Mitsubishi L200, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 63 sena residenti iż-Żejtun.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

B’rabta ma’ dan il-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com