Ingliż Sofra Ġrieħi Serji Wara Li Nqaleb B’Buggy F’Għawdex

Ingliż ta’ 31 sena sofra ġrieħi serji wara li nqaleb bi sports buggy.
L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tas-1:30pm, fi Triq San Anard, ir-Rabat, Għawdex.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma tilef il-kontroll tal-vettura Sheng FX400 li kien qiegħed isuq u nqaleb.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili u ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Bridgette Sultana li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.