Investiment ta’ €560,000 Biex Żona Abbandunata Fis-Siġġiewi Tinbidel F’Żona Rikreattiva

 Investiment ta’ €560,000 Biex Żona Abbandunata Fis-Siġġiewi Tinbidel F’Żona Rikreattiva

Żona abbandunata fi Triq Borg Olivier, fis-Siġġiewi se tkun qed tinbidel fi spazju miftuħ għall-familja kollha.

Dan ħabbru l-Ministru Silvio Schembri waqt konferenza fejn ġie mniedi dan il-proġett li se jkun iffinanzjat permezz ta’ INDIS Malta.

Il-Ministru Schembri qal li dan il-proġett se joħloq spazju miftuħ għas-Siġġiwin li ħa jinkludi wkoll żona rikreattiva għat-tfal, żona għal picnic, żona ta’ parkeġġ, u anki servizzi oħra. Dan kollu mifrux fi spazju ta’ 2,400 metru kwadru.

“Inżid ma’ dan li f’dan il-ġnien se jkunu installati sistema ta’ cameras ta’ sigurtà, miżrugħa 11-il tip ta’ siġra indiġena differenti, pjanti indiġeni oħra, u se tkun installata sistema ta’ irrigazzjoni sabiex l-ilma tax-xita wkoll ikun użat biex jissaqqew il-pjanti fiż-żona,” spjega l-Ministru Silvio Schembri.

Huwa qal li dan il-proġett kollu se jsir b’investiment ta’ €560,000.

“Dan huwa l-mod tagħna li nagħtu lura lill-kommunitajiet tagħna biex il-ġid ekonomiku jasal u jitgawda minn kulħadd,” temm jgħid l-Ministru Schembri.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com