Ir-Russi Jaħtfu L-Akbar Impjant Nukleari Fl-Ewropa – “Dan L-Attakk Seta’ Kien It-Tmiem Tal-Ewropa”
Kmieni dalgħodu l-qawwiet Russi ħatfu l-akbar impjant nukleari fl-Ewropa.
Dan wara li viċin l-impjant ta’ Zaporizhzhia kien hemm ġlied li eventwalment ikkawża nirien f’binja fl-impjant. Fortunatament in-nirien kienu kontrollati għalkemm b’diffikultà minħabba li l-aċċess kien imblukkat.
L-impjant innifsu ma kienx milqut u għadu qed jaħdem bil-livelli tar-radjazzjoni jinsabu f’livell normali.
Dan l-attakk kien ikkundannat minn bosta mexxejja u awtoritajiet madwar id-dinja, fejn kien deskritt bħala wieħed irresponsabbli.
Il-President Ukren Zelensky qal li dan l-attakk seta’ ħoloq diżastru bħal dak ta’ Chernobyl fl-1986, b’qawwa ta’ sitt darbiet akbar. Huwa akkuża lir-Russja li qed toħloq terrur nukleari.
“Dan l-attakk li seħħ matul il-lejl seta’ kien it-tmiem tal-Ewropa,” tenna Zelensky.
Ara l-filmat: