Ir-Russja Se Twaqqaf Il-Bumbardament Sakemm Jiġu Evakwati N-Nies

Skont rapporti internazzjonali, intqal li r-Russja beħsiebha twaqqaf il-bumbardament fl-Ukrajna sakemm ikunu evakwati n-nies.
Intqal li dan tħabbar mill-Ministeru għad-Difiża Russu. Madanakollu, l-armata Russa llum xorta kompliet bl-invażjoni fl-Ukrajna fejn dan issa huwa t-tmien jum ta’ kunflitt mill-aktar ikrah.