Ir-Russja Twaqqaf Għal Ftit L-Attakki Sakemm Tidħol L-Għajnuna Umanitarja Fl-Ukrajna U Jsiru Evakwazzjonijiet B’Mod Sigur

 Ir-Russja Twaqqaf Għal Ftit L-Attakki Sakemm Tidħol L-Għajnuna Umanitarja Fl-Ukrajna U Jsiru Evakwazzjonijiet B’Mod Sigur

Dalgħodu, fit-8am sar qbil li r-Russja twaqqaf l-attakki fuq l-Ukrajna b’mod temporanju f’ċertu bliet, fosthom Kyiv, Kharkiv, Mariupol u Sumy.

Dan il-ftehim intlaħaq sakemm tkun tista’ tiddaħħal l-għajnuna umanitarja fl-Ukrajna, kif ukoll ċittadini Ukreni jkunu jistgħu jiġu evakwati mill-ibliet l-aktar milquta.

Il-Ġnus Maqgħuda qalet li s’issa huwa stmat li aktar minn miljun persuna ħarbu mill-Ukrajna għall-Polonja. Nofs miljun persuna oħra ħarbu f’pajjiżi oħra viċin l-Ukrajna.

Il-President Ukren Zelenskyy f’diskors li għamel ilbieraħ filgħaxija qal li l-Ukrajna mhu ħa taħfer qatt lir-Russja tal-ħajjiet kollha li ntilfu u t-tbatija li qed jgħaddi minnha l-poplu Ukren minħabba din il-gwerra.

Minn naħa l-oħra madwar 4,600 persuna Russa ġew arrestati mill-gvern tagħhom stess minħabba protesti li qed jkunu organizzati fi bliet Russi kontra l-gwerra.

Ritratt: Vadim Ghirda

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com