Irjus Kbar Russi Bi Ħsieb Li Jeliminaw Lil Putin
Skont rapporti fil-midja internazzjonali, intqal li xi uffiċjali għolja Russi qed jippjanaw li jeliminaw lill-President Russu Vladimir Putin.
Dan il-ħsieb qed jinħema biex ikun jista’ jieqaf il-ġlied li huma stess mhux jaqblu miegħu.
Jidher li l-ħsieb huwa li dan isir permezz ta’ vvalenar jew inkella inċident. L-Intelliġenza Ukrena saħqet dan filwaqt li qalet li s-suċċessur tiegħu jista’ jkun Alexander Bortnikov.
Sadanittant, l-attakki għadhom għaddejjin b’bosta persuni jitilfu ħajjitħhom fejn anke ħafna tfal qed jispiċċaw iltiema.