Is-Sindku Tan-Naxxar Ħielsa Mill-Kummissjoni Dixxiplina U Etika Tal-PN – L-Istorja Ma Toħroġx Għax Tidher Kerha Li Bernard Grech Talabha Tirreżenja

 Is-Sindku Tan-Naxxar Ħielsa Mill-Kummissjoni Dixxiplina U Etika Tal-PN – L-Istorja Ma Toħroġx Għax Tidher Kerha Li Bernard Grech Talabha Tirreżenja

Wara li lura f’Diċembru 2021, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kien talab lis-Sindku tan-Naxxar biex tirreżenja; deċiżjoni li s-Sindku Annemarie Muscat Fenech Adami kienet qalet li mhux se tagħmel u li fil-fatt m’għamlitx, issa ħareġ li hi ġiet ħielsa u kklerjata mill-Kummissjoni Dixxiplina u Etika fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.

Madanakollu, din l-aħbar ma ġietx ikkomunikata mal-midja u l-pubbliku kif kien għamel dak iż-żmien Michael Piccinino; is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista fuq il-midja soċjali tiegħu wkoll fejn ħabbar x’kien iddiskuta mal-Kap tal-PN Bernard Grech. Dan bil-konsegwenza, li kif jgħid il-Malti “jekk titfa’ t-tajn xi ftit jeħel.”

Sorsi nfurmati sew qrib il-Partit Nazzjonalista qalulna li kien hemm deċiżjoni li din l-aħbar ma toħroġx għalissa minħabba li qegħdin lejlet l-elezzjoni ġenerali u l-għajta ta’ Grech biex is-Sindku maħbuba man-Naxxarin tirreżenja, tidher kerha.

Il-kwistjoni tas-Sindku tan-Naxxar, Anne Marie Muscat Fenech Adami, kienet tmur ferm lil hinn mill-vot f’bord tal-Awtorità tal-Ippjanar.

Id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg kienet ukoll appoġġjat bi sħiħ il-proċess ta’ dixxiplina fil-konfront tas-Sindku tan-Naxxar Anne Marie Muscat Fenech Adami; li kien hemm għajdut li hija ferm popolari fin-Naxxar iżjed minnha.

Bernard Grech kien talab għar-riżenja ta’ Anne Marie Muscat Fenech Adami.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com