Isofri Ġrieħi Gravi Wara Li Ħabat Ma’ Ħajt Bl-Iscooter

 Isofri Ġrieħi Gravi Wara Li Ħabat Ma’ Ħajt Bl-Iscooter

Raġel ta’ 38 sena li joqgħod Raħal il-Ġdid sofra ġrieħi gravi wara li ħabat ma’ ħajt bl-iscooter.

L-aċċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta ta’ nofsillejl neqsin kwart, fi Triq is-Sitta u Għoxrin ta’ Marzu, 1972, il-Fgura.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma tilef il-kontroll ta’ e-kick scooter li kien qiegħed isuq u ħabat ma’ ħajt.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard, ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com