Isofri Ġrieħi Gravi Wara Li Ntlaqat Minn Karozza Fil-Fgura
Raġel sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqt minn karozza.
L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tad-9:15am, fi Triq is-Sur, il-Fgura.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel, li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, intlaqat minn Opel Insignia li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 36 sena residenti l-Fgura.
Il-vettura ħabtet ukoll ma’ Toyota Aygo li kienet ipparkjata.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.