It-Tim Nazzjonali Tal-Futbol Malti Jirbaħ Bi 2-0 Kontra L-Kuwajt

 It-Tim Nazzjonali Tal-Futbol Malti Jirbaħ Bi 2-0 Kontra L-Kuwajt

It-Tim Nazzjonali tal-Futbol Malti lbieraħ rebaħ bi 2-0 kontra l-Kuwajt. Il-logħba ntlagħbet fl-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali.

Malta kienet fil-vantaġġ fit-28 minuta fejn bi freekick ta’ Teddy Teuma kien Alex Satariano li approfitta, bil-konklużjoni tiegħu taħbat mal-lasta u taqbeż il-linja għal 1-0.

Malta rdoppjaw fl-azzjoni ta’ wara meta fit-33 minuta, minn pass ta’ Alex Satariano kien Teddy Teuma li tefa’ fix-xibka għal 2-0.

Ir-riżultat finali ta’ 2-0 ta rebħa komda lil Malta.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com